Data: 17 / 18 ta’ Frar 2012 – Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
Għada it-Tnejn niċċelebraw il-festa solenni ta’ San Ġużepp. Għalkemm mhux obbligu tal-quddies, jixraq li nqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Fil-quddiesa ta’ filgħaxija issir il-professjoni ta’ fratelli ġodda fil-fratellanza ta’ San Ġużepp.
Nhar l-Erbgħa u nhar il-Ħamis se jsiru laqgħat tal-Lectio Divina mill-Kan. Dun Karm Busuttil. Nhar l-Erbgħa issir fis-sala tal-kappella ta’ Bubaqra u l-Ħamis fil-kappella ta’ San Ġakbu. Il-laqgħat ikunu fis-7.00 p.m.
Nhar il-Ħamis nistiednu lit-tfal kollha tal-parroċċa għall-quddiesa speċjali li fiha se joffru l-karus ta’ mħabba tar-Randan. Infakkru li l-flus kollha li jinġabru se jingħataw lis-Sorijiet tan-Nigret. Inħeġġu lill-ġenituri biex iħeġġu lit-tfal ħalli jkunu ġenerużi fl-offerti tagħhom. Din il-quddiesa tkun fil-5.00 p.m. fil-knisja Arċipretali.
Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa organiżżata mill-Kummissjoni Parrokjali Liturġija. Din il-laqgħa se tkun bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa u għaliha hu mistieden kulħadd speċjalment dawk li jagħtu sehmhom fil-liturġija fil-parroċċa. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fil-knisja Arċipretali.
Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom preadoloxxenti se jagħmlu l-Griżma din is-sena. Din id-darba se ssir biss il-laqgħa ta’ filgħaxija li tkun fis-7.30 u tkun fiċ-Ċentru Pastorali. Se jmexxi din il-laqgħa is-Frans Chircop, social worker.
Bħas-snin li għaddew, il-grupp miżżewġin żgħażagħ tal-parroċċa se jorganiżżaw cake sale fil-parroċċa nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej. Din l-attività se tkun b’risq Puttinu Cares. Dawk li jixtiequ joffru ħelu, kejkijiet u affarijiet oħra relatati għandhom iġibuhom fiċ-Ċentru Pastorali nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu bejn il-11 u nofsinhar. Inħeġġu għall-ġenerożità ta’ kulħadd lejn din l-organiżazzjoni li tagħti għajnuna kbira lil ħutna milqutin bil-marda tal-kanċer.
Nhar il-Ħadd 25 ta’ Marzu il-fratellanza tal-Karmnu se tieħu sehem fil-purċissjoni ta’ Ġesù Redentur li ssir fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule. Tluq fid-9.00 a.m. mill-venda. Ikun hemm quddiesa u wara purċissjoni li ddur mal-kumpless ta’ San Vinċenz. Inħeġġu lill-fratelli biex jattendu.
It-terzjarji karmelitani huma mistiedna biex jieħdu sehem fil-festa tal-Madonna tal-Lunzjata r-Rabat nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu. Min jixtieq jattendi għandu jkellem lil Miss Carmen Farrugia sal-Ġimgħa 23 ta’Marzu. Tluq fl-4.00 p.m.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agnes Camilleri, Salvu Darmanin, Ċetta Buġeja u Rokku Abdilla. Agħtihom…
