10-12 ta’ Diċembru 2010
miktub minn Ann Bonnici
Dan il-live in għinna ningħaqdu u nissaħħu bħala grupp, billi tkellimna fuq dak li jdejjaqna fil-grupp u kulħadd qal xi jħoss. Matul dawn it-tlett ijiem kellna ħafna workshops li nvolvew teamwork. Il-live in għinna wkoll inkunu responsabbli kemm ta’ l-affarijiet tagħna u kemm t’ għemilna. Ix-xogħol tat-tisjir u l-ħasil inqasam bejnietna u kulħadd għen.
Is-Sibt filgħaxija kellna quddiesa u kellna l-opportunità li l-omelija nagħmluha kif togħġob lilna u kulħadd ta’ sehemu. Fl-aħħar ġurnata naddafna il-post u morna lil hinn mill-post, iżda ħallejna warajna memorja, tubu maħlul għax dagħab bl-iscarf li tefgħet fuqu Maria
Kien weekend mill-isbaħ u jekk jerġgħa jsir żgur immur għax għinni nsir naf aktar lil ta’ madwari u nkun indipendenti.