13 ta’ Lulju 2010
miktub minn Mary-Grace Saliba u John Camilleri
It-Tlieta tlettax ta’ Lulju, l-membri taż-ŻAK tal-grupp 1994/5 flimkien mal-leaders organizzaw BBQ f’Birżebbuġa. Tlaqna għall-ħabta tal-5:30 miż-Żurrieq. X’ħin wasalna nżilna ngħumu u lgħabna xi logħob organizzati minn grupp li nħoloq għal dan il-għan. Għall-ħabta tas-sebgħa u nofs bdejna nippreparaw l-ikel bħall-’hamburgers’ u zalzet. Wara li dalam ġmielu kien hemm grupp li ħa ħsieb jipprepara ir-reflections. Dawn ħaduna fi vjaġġ fi żmien Ġesù, meta l-appostli ma setgħux jaqbdu ħut. Wara kien sar il-ħin biex immorru lura d-dar u b’hekk bdejna niżbarazzaw iż-żona. Din kienet l-ewwel attività minn dawk il-ħafna li organizzajna aħna iż-żgħażagħ stess għall-grupp tagħna matul dan is-sajf.