28 ta’ Lulju 2010
miktub minn Sara Schembri
Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju ġie organiżżat BBQ mill-grupp 1996/97 flimkien mal-leaders. Dan l-BBQ sar fil-bajja mrammla ta’ San Tumas.
Wasalna fil-post għall-ħabta tal-erbgħa u nofs u ma tantx domna naħsbuha biex naqbżu fil-baħar ċar kristall ħalli niffriskaw ftit !!
X’ħin konna fil-baħar xalata sħiħa min jaqbeż minn fuq il-blat, min jgħodos…u min jgħoddos lin-nies !! Min ma kellux aptit joqgħod jgħum seta’ joqgħod jirrilassa fuq ‘lilo’ li ġabet waħda mill-membri. Imma l-lilo ma tantx dam sakemm sab ruħu mgħobbi b’ħafna żgħażagħ kollha telgħin fuqu !!!
Ghall-ħabta tas-sebgħa bdejna nilagħbu l-logħob li ppreparaw iż-żgħażagħ flimkien mal-leaders. Domna l-isbaħ siegħa nilagħbu ‘tug of war’ u logħob ieħor fil-baħar. Wara li lestejna mill-logħob għamilna siegħa oħra għawm u wara ftit xi wħud miż-żgħażagħ bdew isajru.
U hekk għall-ħabta tat-tmienja u nofs tlajna nieklu u wara li kulħadd mela żaqqu kien wasal il-ħin għar-reflections. Kulħadd nġabar f’ċirku biex jingħad messaġġ tar-reflection li bħal dejjem iġiegħlek taħseb fil-fond.
Il-ħin malajr tar u kulħadd beda jaħseb biex jippakkja l-affarjiet tiegħu u meta kulħadd kien lest morna nistennew l-van ħalli mmorru lura d-dar biex nistrieħu wara attività bħal dik.
Kulħadd mar għajjien id-dar imma żgur li kulħadd ħa pjaċir u ma ddispjaċiehx li attenda għal dan il-BBQ.