2-4 ta’ Lulju 2010
miktub minn Loredana Falzon
Dan kien it-tieni leadership seminar li attendejt għalih. Tul dan is-seminar tgħallimt bosta affarijiet li huma utli sabiex wieħed ikun leader tajjeb ta’ grupp. Dan is-seminar kien mifrux fuq tlett ijiem u sar ġewwa l-iskola primarja tax-Xgħajra.
Tul dan is-seminar kellna bosta workshops, logħob, icebreakers u diskussjonijiet li kollha kellhom xi ħaġa x’titgħallem minnhom. Dawn l-attivitajiet kienu jirrekjedu kemm li wieħed jaħdem f’team kif ukoll affarijiet li jridu jsiru individwalment. Minn dan is-seminar tgħallimt bosta leadership skills li żgur se nsibhom t’għajnuna aktar ‘il quddiem. Kienet esperjenza mill-isbaħ u għamilt bosta ħbieb ġodda.
- Loredana Falzon