6/7/11 ta’ Lulju 2010
miktub minn James Buġeja
Bħalma tafu din is-sena kien hemm il-World Cup, fejn rajna l-aħjar “teams” jikkompetu kontra xulxin. Għall-aktar logħbiet importanti ta’ dan l-avveniment (iż-żewġ “Semi-Finali” u l-Finali) ŻAK Żurrieq iddeċieda li juri dawn il-logħob fil-qasam tagħna stess. Għal kull logħba differenti kellna grupp ta’ żgħażagħ li ħejja xi ikel biex jitqassam matul il-logħba. Nista’ ngħid li dan kien suċċess għax ħadna ġost ma’ sħabna, filwaqt li konna qegħdin nieklu u naraw il- logħbiet sbieħ.
Permezz ta’ projector u drapp mwaħħal mal-ħajt stajna naraw il-logħbiet fil-bitħa u fuq size akbar. Grazzi ħafna għall-ŻAK Żurrieq li kellu l-għodda biex iwettaq dan.
Għal dawn il-logħbiet, il-gruppi ta’ żgħażagħ li sajru għamlu xogħol tajjeb. Dawn ġew aktar kmieni mill-oħrajn biex b’hekk ikollhom aktar ċans biex jippreparaw għal dakinhar filgħaxija. Kull grupp anke għamel deżerta biex titqassam waqt l-aħħar minuti tal-logħba. Kif ukoll kull grupp għal kull logħba differenti prepara ikel differenti biex ma nieklux dejjem l-istess, din kienet idea tajba. Naħseb li kulħadd kien sodisfatt bl-ikel li kien tqassam.
Nistgħu ngħidu li dawn kienu logħbiet sbieħ li aħna rajna ma’ sħabna fil-waqt li nieklu xi ħaġa. Min jgħajjat “goal!” u min jigdem diffrejh (l- aktar fil-Finali) imma kulħadd ħareġ kuntent b’din l- attività. Il-ħin tar malajr u nisperaw li din l-attività terġa’ ssir!