10 ta’ Lulju 2010

miktub minn Andriana Zerafa

Nhar is-Sibt 10 ta’ Lulju kellna ‘Kick off’ l-ikbar BBQ f’dan l-istaġun tas-Sajf. Din is-sena l-attività saret fil-bajja ta’ ‘Little Għarmier’, bajja mill-isbaħ u komplejna sebaħniha billi imlejnijha bl-entużjażmu taż-żagħżagħ Maltin. Iltqajna ma’ taż-ŻAK u nistgħu ngħidu li konna l-lokalitajiet ta’ Malta kollha, kull gruppi ta’ kull età. Din l-attività mhux l-ewwel darba li saret, iżda dejjem kisbet suċċess sena wara l-oħra b’organizzaturi differenti. Din kienet it-tieni sena li l-grupp tagħna attendejna u bħas-sena l-oħra ħadna gost flimkien u għamilna ħafna ħbieb ġodda minn lokalitajiet differenti u kif ukoll iltqajna ma’ sħabna tal-iskola li jattendu ż-ŻAK.

Bdejna billi wasalna għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar. Kif wasalna kulħadd sab post u kulħadd niżel jgħum. Domna madwar sagħtejn ngħumu…filwaqt li lgħabna xi logħob bil-ballun ġol-ilma u b’hekk aktar ingħaqqadna flimkien bħala grupp. Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar kulħadd tela’ biex nieklu flimkien, filwaqt li kien hemm xi logħob organizzat mill-organizzaturi ta’ dan il-BBQ. Kellna ukoll ħafna żfin u diski sajfin li jġegħluk tidħol f’atmosfera bħal dik. Erġajna nżilna ngħumu iżda ma domniex ħafna.. wara li tlajna kellna ir-‘reflections’ akkumpanjati b’mima li saret mill-‘leaders’ stess u kif ukoll għaddietilna messaġġ sabiħ li jġiegħlek tieqaf u tirrifletti fuq dak li jkun intqal. Il-ħin tar ġmielu u għalhekk komplejna dik il-lejla b’disco…fejn kulħadd żifen flimkien u ħadna gost. Il-ħin malajr itir u għalhekk wasalna biex kulħadd jitlaq lejn ir-raħal tiegħu.. waslu il-‘privates’ u kulħadd mar jiltaqa’ ħdejn il-‘leaders’ tiegħu.

Nistgħu ngħidu li dik kienet lejla mill-isbaħ flimkien, sirna nafu aktar il-karattri ta’ xulxin. Kien hemm organizzazjoni mill-aqwa u kulħadd kien sodisfatt u kif kulħadd jaħseb .. kulħadd kien għajjien mejjet. U għat-tieni darba li attendejt dan il-BBQ ma jiddispjacini xejn u ħerqana biex is-sajf li ġej jerġa’ jkollna BBQ bħal dan!

FacebookHotmailTwitterYahoo MailGoogle GmailShare